Skip to main content
Shaping Europe’s digital future

Għażliet tat-Tfittxija

Riżultati tat-Tfittxija (115)


NEWS ARTICLE |
Niċċelebraw it-tieni anniversarju tal-Istrateġija BIK+

Biex niċċelebraw it-tieni anniversarju tal-istrateġija BIK+, qed nirrilaxxaw l-“għodda tal-assigurazzjoni tal-età”, kwestjonarju ta’ awtovalutazzjoni għall-industrija, ir-“Rapport il-ġdid dwar il-Monitoraġġ tal-Politika ta’ BIK” u l-“Kompendju tat-testi formali tal-UE dwar it-tfal fid-dinja diġitali”

BROCHURE |
DSA explained - Measures to protect children and young people online

The Digital Services Act (DSA) rules address issues such as cyberbullying, illegal content, the simplification of terms and conditions, and many others. This booklet explains in simple terms what the DSA has put in place to protect children and young people under the age of 18.

BROCHURE |
Spjegazzjoni tad-DSA — Miżuri għall-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ online

Ir-regoli tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) jindirizzaw kwistjonijiet bħall-bullying ċibernetiku, il-kontenut illegali, is-simplifikazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet, u ħafna oħrajn. Dan il-ktejjeb jispjega f’termini sempliċi dak li d-DSA stabbilixxa biex jipproteġi lit-tfal u liż-żgħażagħ taħt l-età ta’ 18-il sena.

PRESS RELEASE |
Il-Kummissjoni tibgħat talba għal informazzjoni lil Amazon skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea bagħtet formalment lil Amazon talba għal informazzjoni skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA). Il-Kummissjoni qed titlob lil Amazon biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet biex tikkonforma mal-obbligi relatati mal-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri ta’ mitigazzjoni biex tipproteġi lill-konsumaturi online, b’mod partikolari fir-rigward tad-disseminazzjoni ta’ prodotti illegali u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll dwar il-konformità tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-DSA.

PRESS RELEASE |
Il-Kummissjoni tibgħat talbiet għal informazzjoni lil Meta u lil Snap skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea bagħtet formalment talbiet għal informazzjoni Meta u Snap skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA). Il-Kummissjoni qed titlob lill-kumpaniji jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom relatati mal-protezzjoni tal-minorenni skont id-DSA, inklużi l-obbligi relatati mal-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jipproteġu lill-minorenni online, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji għas-saħħa mentali u s-saħħa fiżika, u dwar l-użu tas-servizzi tagħhom mill-minorenni.

PRESS RELEASE |
Il-Kummissjoni tibgħat talbiet għal informazzjoni lil TikTok u YouTube skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Illum, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet formalment talbiet għal informazzjoni lil TikTok u YouTube skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA). Il-Kummissjoni qed titlob lill-kumpaniji jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom relatati mal-protezzjoni tal-minorenni skont id-DSA, inklużi l-obbligi relatati mal-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-protezzjoni tal-minorenni online, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji għas-saħħa mentali u s-saħħa fiżika, u dwar l-użu tas-servizzi tagħhom mill-minorenni.